L-eks Prim Ministru tal-Malasja, Najib Razak, qed jgħaddi ġuri mill-ġdid, din id-darba dwar allegata frodi ekwivalenti għal multibiljuni ta’ dollari u li kienet relatata għal fond tal-Gvern.
Najib qed jiffaċċja diversi proċessi tal-qorti dwar il-fond għall-investimenti 1MDG tal-Istat u dan il-proċess — l-aktar wieħed sinifikanti — ikopri 21 akkuża ta’ ħasil ta’ flus u erba’ akkużi dwar abbuż ta’ poter.
Il-prosekuturi qed jgħidu li Najib irċieva u ‘ħeba’ trasferimenti illegali ekwivalenti għal mill-anqas 450 miljun ewro bejn l-2011 u l-2014. Intant, l-eks Prim Ministru Malasjan qed jiċħad dwar xi aġir illegali waqt żmienu fil-poter.
Najib Razak, f’April li għadda, kien għadda mill-ewwel ġuri li trattat allegazzjonijiet differenti b’konnessjoni mal-iskandlu tal-1MDB.
Il-fond inkwistjoni kien twaqqaf fl-2009 ( meta Najib kien Prim Ministru) biex jgħin fl-iżvilupp ekonomiku tal-Malasja u fl-2015 kienu qamu d-domandi dwar l-attivitajiet tiegħu wara li ma kenux onorati l-pagamenti dovuti lill-banek u s-sidien tal-bonds.
//= $special ?>