Sport Sport Ieħor

Fabio Spiteri jirtira mill-5x Ironman

Fabio Spiteri

It-triatleta Fabio Spiteri li kien qiegħed fl-Iżvizzera jieħu sehem fil-5x Ironman fost 10 triatleti oħra minn madwar id-dinja.

Wara li fl-ewwel ġurnata minn ħamsa, il-Malti kiseb ħin ta’ 12-il siegħa u 23 minuta, sfortunatement kellu jirtira għal kollox mit-tellieqa fit-tieni ġurnata u mhux ser ikun qed ikompli din il-kompetizzjoni.

Fabio Spiteri kien ma jiflaħx u kien ilu 24 siegħa ma jiekol u għalekk ma kellux energija biex jagħmel dawn id-distanzi twal u diffiċli.

Dan ħabbru t-triatleta stess llum fuq il-paġna personali tiegħu ta’ Facebook.