Internazzjonali

Giuseppe Conte se jerġa’ jinħatar bħala Prim Ministru

Il-Partit Demokratiku Taljan qabel sabiex jidħol fi Gvern ta’ Koalizzjoni mal-partit Movimento Cinque Stelle – Gvern li ser ikun qed jerġa’ jiġi mmexxi minn Giuseppe Conte.

Il-Gvern issa hekk msejjaħ ‘ Conte 2.0′ ġie deskritt mill-Kap tal-PD Nicola Zingaretti bħala sfida ġdida li ser ikun qed joffri pajjiż favur l-ugwaljanza, l-ambjent iżda l-aħħar u mhux l-inqas – Gvern li jisma’ l-karba soċjali.

Dan saħqu wara li l-President Taljan Sergio Mattarella kien infurmat li l-PD qablu mal-M5S li l-Premier il-ġdid kellu jkun mill-ġdid l-avukat Conte.

Zingaretti sostna wkoll li l-Italja għandha bżonn Gvern li jixħet dawl ġdid u bidla sostanzjali mill-Gvern populista preċedenti.

Conte mistenni jingħata l-mandat tiegħu mill-President Mattarella fil-ħin li ġej.