Iħobb l-ambjent u s-siġar … iżda jaqbel li s-siġar jitqaċċtu minn posthom.
Kien dan il-messaġġ li għadda s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis meta tkellem ma’ Net News dwar il-kontroversja tas-siġar li qed jitqacctu f’Santa Luċija…. u l-għexieren l-oħra li se jitqaċċtu f’Ħ’Attard.
Filwaqt illi tenna li hu jħobb l-ambjent, prova jagħti x’jifhem li dan kollu qed isir b’konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali … meta dan mhuwiex minnu!
Diversi residenti f’Santa Luċija fl-aħħar jiem urew il-frustazzjoni tagħhom għal fatt li siġar li sippost qed jipproteġu l-komunità mid-dħaħen ta’ eluf ta’ karozzi li jgħaddu miż-żona, qed jinqalaw mill-post fejn ilhom għexieren ta’ snin.
Il-Gvern fl-aħħar jiem ma tax widen għat-tħassib tan-nies iżda kompla iwebbes rasu u baqa’ ghaddej bit-tqaccit ta’ sigar, bl-iskuza li dawn se jitpoggew f’post iehor.
L-ERA fi stqarrija kienet tat x’tifhem li it-tqaċċit ta’ mijiet ta’ siġar, l-għeluq tal-jogging track u l-open air gym, u saħansitra t-teħid ta’ madwar 4,000 metru kwadru ta’ art f’Santa Lucija … mhumiex sinifikanti għaliha.
Hi kienet iddikjarat li minkejja li qed isir tqaċċit ta’ għexieren ta’ siġar, dan mhux se jkun qed iħalli impatt negattiv fuq l-ambjent. U dan minkejja l-ammont ta’ siġar maturi u protetti; lanqas biss talbet għal bidla fid-disinn sabiex jiġu salvati dawn is-siġar.
Anke fil-każ tal-proġett Central Link, il-gvern injora t-tħassib tan-nies dwar il-qerda ta’ numru kbir ta’ siġar protetti, u art agrikola. Fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista wiegħed li se jkun qed jaħdem biex il-ftit ta’ ambjent li baqa’ f’pajjiżna ma jibqax jintmess.
//= $special ?>