Wara li aktar kmieni matul ix-xahar kien żvelat ftehim fil-prinċipju, il-Formula 1 ħabbret li l-Grand Prix ta’ Spanja fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja se tifforma parti mill-kalendarju tas-sena d-dieħla.
Fl-2020, il-Grand Prix ta’ Spanja se tiċċelebra l-50 sena fil-kalendarju tal-FIA. L-ewwel avveniment sar fl-1951 f’ċirkwit fit-triq ta’ Pedralbes f’Barcelona u fil-passat saru tlielaq fil-kapitali Katalana f’Montjuich li alternat maċ-ċirkwit ta’ Jarama qrib Madrid. Bejn l-1986 u l-1990, it-tellieqa mxiet lejn Jerez de la Frontera. Mill-1991 it-tellieqa saret dejjem fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja u b’hekk is-sena d-dieħla se jkun it-30 anniversarju.
Fl-aħħar snin dan iċ-ċirkwit kiber fl-importanza tiegħu hekk kif minbarra attira attendenza tajba, hu wieħed mill-aktar tekniku u normalment jospita t-testijiet tax-xitwa qabel il-bidu tal-kampjonat. Fl-aħħar tliet snin, b’kollox kien hemm attendenza ta’ aktar minn nofs miljun filwaqt li minn statistika li ħarġet, sar magħruf li din is-sena l-Grand Prix ta’ Katalunja ġġenerat €163 miljun.
//= $special ?>