Issa uffiċjali, il-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar ingħatat it-titlu ta’ Kolleġġjata.
F’okkażżjoni tal-ħruġ min-niċċa tal-istatwa ta’ Marija Bambina bi tħejjija għall-festa tar-raħal – l-Arcisqof Charles J Scicluna ddikkjara l-Knisja ta’ Marija Bambina tan-Naxxar bħala Kolleġġjata waqt Quddies li ingħatat bidu fis-7 ta’ filgħaxija b’attendenza numeruża.
Waqt il-messaġġ tiegħu, l-Arċipriet Dun David Gauci sostna li b’sens ta’ sodisfazzjon kbir, il-Vatikan laqa’ t-talba li saret mill-Konferenza Episkopali Maltija sabiex fit-8 ta’ Settembru, il-festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija tiġi ċelebrata fl-ogħla grad ta’ solennità fil-parroċċi kollha madwar il-Gżejjer Maltin.
//= $special ?>