Il-lotterija l-aktar imfittxija fl-Ewropa, il-famuża EuroMillions għada kemm laħqet is-somma inkredibbli ta’ €119 miljuni. Għaldaqstant din il-lotterija tinsab fil-quċċata tal- lotteriji fid-dinja bħalissa, u l-jackpot jista’ jkun tiegħek ma’ Jackpot.com!
Għaliex għandek tipparteċipa fil-Euromillions?
Aħna l-Maltin tista’ tgħid li għandna kollox; baħar sabiħ, gżira maestuża u storja li m’hawnx bħala fid-dinja! Iżda meta jigi għall-ħwienet barranin, hemmhekk jibda l-inkwiet!
Forsi ma nistgħux ngħinuk fin-nuqqas ta’ għamara Skandinava tal-IKEA, jew fuq il-fatt li m’intix qiegħed tistenna f’xi queue b’ turrun ħwejjeġ ta’ Primark f’idejk, iżda sibna mod kif inġibulek l-akbar lotteriji fid-dinja ġo Malta! U kieku kellek tirbaħhom, tkun tista’ tixtri kemm-il Primark trid!
Grazzi għal Jackpot.com, inti tista’ tagħmel imħatri fuq l-aktar lotteriji popolari fid-dinja kollha. Dan jinkludi wkoll il-EuroMillions, l-akbar lotterija fid-dinja tal-mument, li bħalissa laħqet is-somma fenomenali ta’ €119 miljuni!
Għażel in-numri tiegħek għall-EuroMillions Issa !
Kif tista’ tittanta xortik f’din il-lotterija tant mistennija?
Biex tipparteċipa f’din il-lotterija m’hemmx bżonn tħabbel rasek ħafna għaliex hija ħaġa ferm sempliċi! Kull m’għandek tagħmel hu li tagħżel ħames numri bejn il-wieħed u l-50, u żewġ numri Lucky Star bejn il-wieħed u t-12. Jekk int indeċiż fuq liema numri se tagħżel, uża l-funzjonalità Quick Pick u ħalli s-sistema tagħżilhomlok hi. Tista’ tagħmel imħatri kemm trid u tħallas bil-kumdità online permezz tal-card jew e-wallet. Kull ma jkun fadallek tagħmel hu li tieħu xi bela’ kafe’ waqt li tistenna n-numri r-rebbieħa jitilgħu nhar il- Ġimgħa filgħaxija!
Agħżel in-numri tiegħek illum għax jaf tkun inti li timxi fil-passi ta’ Maria minn San Ġiljan li rebħet is-somma fenomenali ta’ €97,000 bl-abbonament tagħha fuq il-EuroMillions ma’ Jackpot.com. Minbarra il-EuroMillions, Jackpot.com għandhom ukoll lotterija Maltija uffiċjali tagħhom, Luzzu Lotto, li toffri jackpot ta’ €2 miljuni!
Wasal iż-żmien li Malta tikseb post ieħor fil-lista ta’ rebbieħa tal-ammont tal-EuroMillions, u dan jista’ jkun int! Ser tittanta xortik?
Jackpot.com hi liċenzjata mill-MGA (MGA/B2C/362/2016). Ilgħab b’mod responsabbli. Kull min jieħu sehem, għandu jkollu 18-il sena ‘l fuq. Għal aktar tagħrif, żur is-sit www.rgf.org.mt.
//= $special ?>