Internazzjonali

Jerġa’ jiżbroffa l-vulkan Stromboli

Ftit ħin wara nofsinhar, il-vulkan Stromboli reġa’ żbroffa b’qawwa kbira.

Jidher li s’issa ma kienx hemm rapporti ta’ persuni feruti iżda l-informazzjoni għadha dieħla hekk kif l-iżbroff seħħ għal ħabta ta’ 12.18.

F’kameras tas-sigurtà li hemm fil-viċin ma deher l-ebda moviment mhux tas-soltu minuti qabel l-iżbroff, ħlief żbroff tas-soltu.

Fl-aħħar ġimgħat, dan il-vulkan wassal għal attività kontinwa bi splużjonijiet qawwija u irmied li nxtered kilometri ‘l bogħod minnu.