Hekk kif qed toqrob dejjem aktar edizzjoni oħra tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza, NET News tkellem ma’ Charles Bellia – li fiż-żmien kien jorganizza Konkors ieħor, is-Singers Festival, qabel ma beda jiġi organizzat il-Konkors kif nafuh illum.
Bellia spjega kif kienu ngħaqdu grupp ta’ persuni biex beda jsir dan il-Festival.
Charles Bellia qal li mal-ewwel kien sar kuntatt ma’ għaqda ta’ kompożituri u kittieba Maltin, fetħu l-applikazzjonijiet u sar l-ewwel Konkors, li kien isir fuq tlett ijiem – żewġ serati eliminatorji u l-finali.
Spjega li minkejja li dan il-Konkors intrabat mal-attivitajiet tal-Indipendenza, l-iskop ma kienx wieħed politiku.
Charles Bellia spjega kif dan il-Konkors kien irnexxielu jiġbed kantanti u awturi ġodda.
Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza din is-sena se jsir fuq żewġ serati, fit-18 u d-19 ta’ Settembru, li se jixxandru live fuq Net TV fid-9pm. Dawn se jsiru fuq palk armat u attrezzat b’dawl u sound professjonali barra l-bini tad-Dar Ċentrali.
Il-kanzunetti jridu jiġu sottomessi sal-Ġimgħa, 30 ta’ Awwissu u se jigu ġġudikati minn seba’ membri tal-ġurija bejn l-4 u 5 ta’ Settembru, li sussegwentament jgħaddu 20 finalist minn kull kategorija.
//= $special ?>