Lokali

L-ALPA tisħaq li ser tibqa’ tipproteġi lill-membri tagħha

Ajruplan tal-Air Malta (ritratt ġenerali)

L-ALPA kompliet tisħaq li dak li kienet qed tagħmel il-linja ta-ajru nazzjonali Air Malta kien qed jikser il-ftehim kollettic tal-piloti.

Dan kollu b’reazzjoni għall-kawża ppreżentata mill-istess Air Malta għad-danni kontra l-Assoċjazzjoni tal-Piloti u l-membri tal-kumitat eżekuttiv fejn saħqet li l-azzjoni industrijali li twettqet fl-ewwel jiem ta’ Lulju kienet waħda llegali.

Fi stqarrija l-ALPA insistiet li l-involviment taċ-Chief Operating Flight Officer Emvic Debono, u t-theddid tiegħu fil-konfront tal-ħaddiema – kissru l-ftehim kollettiv.

L-ALPA tenniet li ser tagħmel minn kollox sabiex tibqa’ tipproteġi lill-membri tagħha bil-mezzi legali sabiex terġa’ ġġib ekwilibru u stabbilità fundamentali essenzjali f’kul qasam tax-xogħol.