Lokali

Maltija fil-Kumitat tar-Reġjuni Ewropew ta’ WAGGGS

Delegazzjoni Maltija ta’ Girl Guides and Scouts (MGG) attendew u pparteċipaw f’konferenzi li saru ġewwa l-Kroazja. Dawn saru bejn l-24 u t-28 ta’ Awwissu, bl-ismijiet tal-konferenzi kienu 16th European Guide Conference u 23rd European Scout Conference.

Għal din il-konferenza attendew rapreżentanti ta’ Scout Association of Malta (TSAM) u Malta Girl Guides (MGG). Voluntiera f’MGG, Stephanie Darmanin ġiet eletta bħala membru ta’ Europe Region’s Committee of the World Association for Girl Guides and Girl Scouts (WAGGGS).