Lokali Sport Waterpolo

Maratona tal-Waterpolo b’risq l-Ispecial Olympics fil-21 ta’ Settembru

Maratona tal-Waterpolo… avveniment li ser ikun qed issir għall-ewwel darba f’Malta… bit-tir li jinġabru fondi għaż-żgħażagħ li jieħdu sehem fl-Ispecial Olympics.

L-idea għal din il-maratona bdiet minn Timmy Camilleri, eks player tal-waterpolo… li fi żmien li ħareġ b’din l-idea kien qed isegwi l-Ispecial Olympics li saru f’Marzu li għadda fejn Malta kisbet suċċess kbir.

Flimkien ma’ Timmy, Mariella Erdogan qed tieħu ħsieb din l-organizzazjoni ta’ din il-maratona.

F’dak li kien l-akbar kontinġent Malti fi Special Olympics… fil-kompetizzjoni  ġew lura Malta bi 12-il midalja tad-deheb, 13 tal-fidda u 15 tal-bronż bil-midalji tad-deheb intrebħu fl-Atletika, fiċ-Ċikliżmu, fil-Bowling u fl-Għawm.

Filfat din il-maratona se tkun speċifikament immirata biex jinġabru fondi għal dawn l-atleti.

Waqt din il-maratona, mhux ser ikun qed iseħħ biss waterpolo anzi ser ikun hemm bosta attivitajiet interessanti għall-familja kollha li żgur jolqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Kumpaniji u organizzazjonijiet huma imħeġġa jipparteċipaw fejn jistgħu jiffurmaw team biex jieħdu sehem bih f’logħob tal-waterpolo fejn preżenti wkoll se jkun hemm uħud mill-aqwa players mix-xena lokali.