Internazzjonali

Nawfraġju fil-Meditteran: Jitilfu ħajjithom aktar minn 40 immigrant

Mill-arkivji
Alarm Phone titfa' t-tort għal dawn l-imwiet fuq l-Ewropej

Numru ta’ persuni mietu f’nawfraġju ‘l barra mill-kosta Libjana. S’issa l-ammont ta’ mwiet huwa previst għal aktar minn 40 persuna, fosthom numru ta’ tfal.

L-awtoritajiet Libjani salvaw mad-90 persuna, madanakollu għadu mhux magħruf kemm kien hemm persuni fid-dgħajsa li għerqet. S’issa l-Libjani tellgħu minn tal-anqas 5 katavri, fosthom mara u tifel.

Intant l-Organizzajoni Alarm Phone qalet lill-Ewropa permezz ta’ Tweet li dawn l-imwiet fil-baħar Mediterran huma kollha tort il-miżuri li qed jieħdu l-Ewropej fil-konfront tal-immigrazzjoni. L-istess organizzazzjoni sostniet li kawża ta’ dawn l-imwiet kollha, il-Meditteran sar ċimiterju.

Minn band’oħra l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ordna biex jingħalqu l-portijiet għal vapur Eleonore. Dan il-vapur salva fl-ibħra Taljani aktar minn 100 immigrant.Skont sorsi Taljani l-Ministru għad-Difiża Elisabetta Trenta, u l-Ministru tat-Transport Danilo Toninelli iffirmaw ukoll għall-projbizzjoni tad-dħul ta’ dawn l-immigranti.