NEPTUNES LEO VEGAS………….. 10 SIRENS GREENTUBE……………….. 4
(2-0), (1-0), (2-2), (5-2)
Neptunes Leo Vegas jinsabu fil-finali tal-play-off b’ċans li jiksbu t-tielet kampjonat fl-aħħar erba’ snin wara li mingħajr ma tħabtu wisq għelbu lil Sirens Greentube 10-4. Il-prestazzjoni ta’ Neptunes kienet solida fid-difiża bl-għajnuna ta’ Alan Borg Cole filwaqt li kkontrollaw il-logħba.
Sirens iddiżappuntaw fil-ġurnata hekk kif kienu nieqsa mill-grinta neċessarja f’logħbiet ta’ dan it-tip. Kollox ma’ kollox huma kellhom staġun pożittiv iżda fl-aħħar logħbiet il-prestazzjonijiet ma kinux simili bħal dawk tal-bidu tal-istaġun.
Neptunes rebħu l-ewwel sessjoni 2-0 b’gowls ta’ Darko Brguljan u Niki Lanzon hekk kif il-gowlkiper ta’ Neptunes Alan Borg Cole ftit kien impenjat. Huma saħansitra daħlu jistrieħu 3-0 minn penalty ta’ Stevie Camilleri hekk kif ma tawx ċans lil Sirens jippenentraw id-difiża tagħhom.
Sirens urew sinjali li setgħu jirbħu l-konfront fit-tielet sessjoni b’gowls minn Edward Aquilina u gowl sabiħ ta’ Valentino Gallo, iżda Neptunes reġgħu bnew il-vantaġġ komdu b’gowls tal-barranin tagħhom Darko Brguljan u Petar Muslim biex bdew l-aħħar sessjoni 5-2.
Presciutti ħalla lil Sirens fil-logħba, iżda lejn nofs is-sessjoni, Lanzon u Brguljan għalqu l-logħba u għamlu l-iskor 7-3. Presciutti naqqas id-distakk, iżda Lanzon, Stevie Camilleri u Muslim skorjaw fl-aħħar żewġ minuti u nofs biex issiġillaw ir-rebħa għal 10-4.
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (3), K. Erdogan, G. Pace, P. Muslim (2), D. Brguljan (3), S. Camilleri (2), J. Camilleri, J. Abela, N. Zammit, J. Muscat, M. Azzopardi, B. Busuttil, S. Busuttil, J. Farrugia
Sirens: N. Grixti, J. Zerafa Gregory, C. Presciutti (2), P. Privitera, M. Grech, J. Brownrigg, I. Riolo, V. Gallo (1), J. Napier, E. Aquilina (1), L. Caruana, M. Sciberras, O. Gauci, G. Sammut, G. Farrugia
Referees: Stefan Licari, Raffaele Colombo
//= $special ?>