Sport Sport Ieħor

Osaka tevita eliminazzjoni sorpriża fl-ewwel rawnd tal-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra Naomi Osaka evitat ħasda biex eliminat lir-Russa ta’ 20 sena Anna Blinkova 6-4, 6-7, 6-2 fl-ewwel rawnd tal-Open tal-Istati Uniti.

Osaka kienet 4-1 minn taħt fl-ewwel set qabel rebħet ħames logħbiet konsekuttivi u rebħet l-ewwel set. Fit-tieni set il-Ġappuniża għamlet ħafna żbalji u saħansitra tilfet tliet set points u saħansitra kellha match point qabel tilfet f’tie-break. Iżda s-sid numru wieħed li għamlet 50 unforced errors fil-logħba, rnexxielha tirbaħ is-set deċiżiv u fit-tieni rawnd tilgħab kontra Magda Linette.

Ir-rebbieħa ta’ Wimbledon Simona Halep ukoll kellha bżonn it-tielet set biex għelbet lill-Amerikana Nicole Gibbs 6-3, 3-6, 6-2. L-Amerikana ta’ 15-il sena Cori Gauff irkuprat minn set minn taħt biex rebħet 3-6, 6-2, 6-4 kontra Anastasia Potapova.