Futbol Sport

Silvio Vella jsejjaħ l-iskwadra ta’ taħt il-21 sena għal kontra l-Irlanda ta’ Fuq u l-Ukrajna

Il-kowċ nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra ta’ 21 plejer għaż-żewġ impenji li jmiss kontra l-Irlanda ta’ Fuq u l-Ukrajna, logħbiet li huma mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew.

It-tim Malti jibda l-impenji fi Grupp 8 b’żewġ logħbiet barra l-pajjiż, l-ewwel kontra l-Irlanda ta’ Fuq fis-6 ta’ Settembru u erbat ijiem wara fl-Ukrajna. Fl-istess grupp hemm id-Danimarka, ir-Rumanija u l-Finlandja.

Vella ħalla l-maġġoranza tal-plejers li kienu fl-iskwadra għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Bożnija f’Ġunju li għadda. Il-gowlkiper ta’ St. Andrews u d-difensur ta’ Mosta Kyle Gatt ntgħażlu f’din l-iskwadra għall-ewwel darba. Il-kontinġent Malti jħalli pajjiżna t-Tlieta li ġej.

L-iskwadra Maltija

Gowlkipers: Timothy Aquilina (Gudja United), Andreas Vella (Mosta), Duncan Formosa (St. Andrews)

Difensuri: Jean Borg (Valletta), Gary Camilleri (Balzan), Kyle Gatt (Mosta), Karl Grech (Balzan), Nicholas Pulis (Valletta), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Kurt Shaw (Sliema Wanderers)

Midfielders: Ayrton Attard (Hibernians), Myles Beerman (Hibernians), Zachary Cassar (Gudja United), Marcus Grima (Balzan), Jan Tanti (Senglea Athletic), David Xuereb (Senglea Athletic), Jamie Zerafa (Santa Lucia)

Attakkanti: Zachary Brincat (Mosta), Jan Busuttil (Floriana), Omar Elouni (Santa Lucia), Aidan Friggieri (Gudja United)