Pre-Budget Document li ma jindirizzax l-isfidi taż-żieda fil-popolazzjoni, il-problema tat-traffiku, il-bżonn ta’ sistemà ta’ trasport għall-massa, il-bżonn ta’ investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, iż-żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi, il-kirjiet u l-problema tal-faqar – kollha oqsma li ġew kompletament minsija mill-Gvern, għalkemm qed jgħid li għaddej jaħmi l-miżuri tal-Budget għas-sena d-dieħla.
Iżda wara din it-tbissima, hemm ir-realtà tal-fatti: id-dokument stess jikkonferma li l-famuż surplus kważi sparixxa, Malta tinsab lejn l-aħħar fejn jidħlu l-pagi tal-ħaddiema nisa, u ma hemm l-ebda rieda biex il-Gvern ikun ta’ sostenn għall-familji li mhux iwasslu sal-aħħar tax-xahar.
Apparti dan kollu, il-Ministru Edward Scicluna ma jridx jgħid kemm se tkun iż-żieda għall-għoli tal-ħajja – żieda li suppost se tkun waħda sostanzjali immens fid-dawl taż-żidiet fil-prezz tal-ħalib, il-ħobż, il-posta, kif ukoll il-petrol u d-diesel. Il-Budget għas-sena d-dieħla mistenni jiġi preżentat lejn nofs Ottubru.
//= $special ?>