Lokali

21 fatalità fuq il-post tax-xogħol f’Malta bejn l-2014 u l-2018

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) irrappurtat 21 fatalità fuq ix-xogħol bejn l-2014 u l-2018… Aktar minn nofs il-vittmi kienu Maltin.

Il-fatalitajiet kollha fuq ix-xogħol li seħħew fl-aħħar ħames snin kienu jinvolvu rġiel, l-aktar bejn l-età ta’ 25 u 34… b’nofs dawn l-imwiet kienu kkawżati minn feriti fir-ras.

Il-maġġoranza tal-inċidenti fatali fuq ix-xogħol ġew irreġistrati fid-Distrett tal-Port tat-Tramuntana segwit mid-distrett tal-Port tan-Nofsinhar… Aktar minn nofs l-imwiet relatati max-xogħol fl-2014 sal-2018 seħħew fil-kostruzzjoni.

 L-inċidenti fatali li jinvolvu l-impjegati kienu jammontaw għal kważi żewġ terzi tal-imwiet tax-xogħol.

Is-self-employed flimkien ma’ intrapriżi li jħaddmu minn wieħed sa disa’ impjegati, kienu l-aktar li ġew milquta mill-fatalitajiet fuq ix-xogħol… Kumpaniji akbar irreġistraw l-inqas numru ta ‘inċidenti fatali.

Din is-sena s’issa kien hemm 5 fatalitajiet fuq post tax-xogħol, 2 minnhom Maltin.