FLORIANA ……………………. 1
BALZAN………………………… 0
Floriana: I. Akpan, E. Ruiz, D. Venancio (M. Muhamadou 88’), K. Keqi, J. Arias (J. Busuttil 75’), J. Pisani, M. Garcia, A. Cini, T. Vella (B. Paiber 46’), R. Camenzuli, T. Fonseca.
Balzan: K. Naumovski, A. Loof, A. Kosoric, S. Pisani (M. Grima 81’)S. Bezzina (L. Micallef 87’), P. Fenech, A. Effiong, U. Ljubomirac, I. Brozovic, R. Correa Duarte, A. Faria (M. Johnson 41’)
Imwissija: D. Venancio, J. Arias, M. Garcia, T. Vella, R. Camenzuli (F), P. Fenech, A. Effiong, R. Correa (B)
Imkeċċi: A. Loof 38’
Skorja: K. Keqi 84’
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Mitchell Scerri, Theodore Zammit
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Nicolas Garcia (Floriana)
Chris Cassar
Floriana kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta bl-iktar mod drammatiku għelbu lil Balzan 1-0, b’dawn tal-aħħar ifallu ċ-ċans li jsalvaw il-logħba meta fallew penalty fis-96 minuta. Il-logħba mingħajr dubju laħqet il-qofol tagħha fl-aħħar minuti tal-logħba meta Floriana skorjaw dak li kellu jkun il-gowl rebbieħ fl-84 minuta u Balzan ifallu l-penalty li kkundannahom għat-telfa.
Balzan kellhom jilagħbu għal iktar minn nofs il-logħba meta tkeċċa d-difensur tagħhom Loof meta waqqaf lil Garcia f’taf il-kaxxa meta dan kellu ċans ovvju ta’ skor.
Biż-żewġ timijiet ġejjin minn rebħa fl-ewwel rawnd, it-tnejn ħarġu determinati li jiksbu riżultat ieħor pożittiv. Fil-bidu tal-logħba kienu Balzan li bdew jiddominaw bit-tim ta’ Floriana rarament joħroġ mid-difiża tiegħu.
Wara ftit minuti l-goalkeeper Akpan kellu jinxteħet biex isalva xutt b’saħħtu ta’ Correa. L-ewwel azzjoni ta’ Floriana waslet wara kwarta logħob meta Garcia minn qagħda verament dubjuża ta’ offside falla minn pożizzjoni angolata bil-ballun imur ftit barra.
Fit-18-il minuta freekick ta’ Correa għal ftit ma qarraqx b’Akpan bil-ballun ftit barra. Wara l-furja inizjali ta’ Balzan, il-Greens daħlu sew fil-logħba u bdew igawdu minn superjorita’ territorjali. Fit-38 minuta l-azzjoni li dawret xi ftit il-logħba meta Garcia għadda tajjeb u appena se jidħol fil-kaxxa twaqqa minn Loof li kienu muri karta ħamra. Mill-freekick Venacio spara għoli.
Minkejja l-inferjorita’ numerika Balzan temmew aħjar l-ewwel taqsima fejn daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Ljubomirac kienet imblukkat minn Akpad u mir-rebound Brozovic falla inkredibilment minn quddiem il-lasta. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Balzan xi ftit sfortunati meta x-xutt ta’ Effiong ħabat ma’ sieq il-lasta.
Kif fetħet it-tieni taqsima Floriana marr fil-vantaġġ iżda l-gowl ta’ Keqi ma kienx konvalidat għaliex il-plejer Albaniż mess il-ballun b’idu f’din l-azzjoni.Bid-dħul ta’ Paiber fil-bidu tat-tieni taqsima Floriana bdew ikunu iktar attivi fl-attakk u l-istess Paiber ġiegħel lil Naumovski jwettaq save mill-isbaħ. Akpan minn naħa tiegħu salva xuttijiet ta’ Alfred Effiong u Correa.
Bil-ħin għaddej Balzan komplew jiddefendu l-punt prezzjuż b’Kosoric ikollu logħba ferm tajba fid-difiża. Iżda fl-84 minuta Paiber għadda tajjeb fuq il-lemin u qassam lejn KEQI li kważi minn fuq il-penalty spot spara fix-xibka.
Balzan issa ma kienx baqgħalom x’jitilfu u xeħtu kollox fl-attak. Meta kollox deher mitluf fis-96 minuta Ljubomirac deher jaqa’ wara kuntatt ma’ Garcia bir-referee jordna l-penalty. Kien is-sostitut Lyden Micallef li xeħet inkredibilment il-ballun barra, biex Floriana kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva.
//= $special ?>