Raġel ta’ 81 sena residenti l-Imsida, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li safa’ milqut minn vettura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:20 tal-Ħamis, meta l-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex, l-Imsida.
Jidher li r-raġel intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Hi-ace li kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Gudja.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>