MARSASKALA FISH AND FISH…… 11 BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 15
(2-2), (4-3), (1-5), (4-5)
Birżebbuġa Freeport rkupraw wara t-telfiet fil-finali tan-knock-out u l-ewwel play-off meta urew aktar determinazzjoni biex għelbu lil Marsaskala Fish and Fish 15-11 u b’hekk sfurzaw il-logħba deċiżiva għal min se jaffronta lil Valletta fil-finali.
Marsaskala kellhom darbtejn gowl vantaġġ permezz ta’ Kristijan Milakovic u Konstantin Averka iżda fiż-żewġ okkażjonijiet Birżebbuġa ġabu d-draw minn Antun Goreta u Neil Cassar rispettivament, bit-tieni gowl jasal 12-il sekonda mit-tmiem tas-sessjoni.
It-tim ta’ Dorian Pisani fetaħ vantaġġ ta’ 5-2 minn Jean Claude Cutajar, Luca Felice u Averka rispettivament iżd apronta kienet ir-risposta ta’ Birżebbuġa li rkupraw l-iżvantaġġ b’gowls minn Neil Cassar, Simon Vassallo minn man-up u Antonio Petkovic minn penalty. Madankollu kien ġmiel ta’ backhand ta’ Averka li ħalla lil Marsaskala 6-5 minn fuq.
Iżda Birżebbuġa ħadu l-kontroll tal-logħba fit-tielet sessjoni u meritatament temmew is-sessjoni 10-7 fil-vantaġġ. David Cutajar u Antun Goreta dawru r-riżultat u Petkovic skorja doppjetta biex għamel l-iskor 9-6, bil-gowlkiper Daniel Spiteri jsalva penalty ta’ Averka bejn il-gowls ta’ Petkovic. Jean Claude Cutajar naqqas id-distakk iżda David Pace Lupi ħalla lil Birżebbuġa bi tliet gowls vantaġġ.
Doppjetta ta’ Averka minn man-ups daħħlu lil Marsaskala fil-logħba iżda wara li Cutajar wieġeb għal Petkovic, Birżebbuġa skorjaw darbtejn konsekuttivi minn Goreta u Pace Lupi għal vantaġġ ta’ 13-10, distakk li Marsaskala ma rkuprawx minnu. It-tielet logħba tintlagħab is-Sibt fis-6.30pm.
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (3), A. Camenzuli, M. Manara, M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro, K. Milakovic (1), K. Averka (6), J. Culic, R. Attard, D. Borg Millo, M. Borg, L. Felice (1), J. Ciantar
Birżebbuġa: D. Spiteri, M. Borg, N. Cassar (2), D. Pace Lupi (2), R. Spiteri, A. Petkovic (5), S. Vassallo (1), D. Cutajar (2), J. Bajada, M. Cutajar, A. Goreta (3), M. Ortoleva, A. Bugeja, C. Farrugia, J. Cremona
Referees: Massimo Angileri, Filippo Gomez
//= $special ?>