Internazzjonali

Il-Brażil se jimponi projbizzjoni biex jiġġieled in-nirien

Il-Brażil ipprojbixxa l-ħruq tan-nar għal skopijiet ta’ tneħħija tal-art fl-Amazon għal 60 jum b’reazzjoni għal żieda massiva fl-għadd ta’ nirien fil-foresta tropikali.

Id-digriet ġie ffirmat mill-President Jair Bolsonaro, li ffaċċja kritika intensa minn madwr id-dinja talli naqas milli jipproteġi l-foresta tropikali.

Ambjentalista Brażiljan ewlieni wissa nhar l-Erbgħa li l-“agħar tan-nar għadu ġej”… Fid-dawl ta’ dan il-pajjiżi tall-Amerika t’Isfel ser jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla biex jiddiskutu l-kriżi.

Għadu mhux ċar x’impatt se jkollha l-projbizzjoni, peress li l-ambjentalisti jgħidu li l-maġġoranza assoluta tal-iżdoganar tal-foresti fl-Amazon Brażiljana hija diġà illegali u l-infurzar huwa laxk.

L-Amażonja – maħżen vitali tal-karbonju li jnaqqas ir-ritmu tat-tisħin globali – rat ażieda ta’ 77% ta’ nirien fl-2019 fuq l-istess perjodu fl-2018.

Il-prosekuturi kienu qed jinvestigaw allegazzjonijiet li wħud min-nirien ġew ikkawżati mit-tneħħija illegali tal-art u d-digriet issa jipprojbixxi ħruq tal-art għal dan il-għan.