… Dan wara li l-prezz internazzjonali raħas
Fi stqarrrija, il-Partit Nazzjonalista tkellem dwar iż-żieda fil-prezz tal-fuel, preċiżament fuq il-fatt li l-Gvern injora t-talba tal-imsieħba soċjali biex jiddiskuti din l-istess żieda.
Minflok jara kif se jindirizza ż-żieda żejda fil-prezz tal-fuel, il-Gvern qed jipprova jnessi din it-taxxa ġdida fuq il-poplu Malti u Għawdxi billi jinjora t-talba tal-UĦM biex isir dibattitu fl-MCESD, qalet l-istqarrija.
Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li fiha għola l-prezz tal-fuel. Filfatt, fuq medda ta’ sentejn il-prezz tal-petrol għola b’10ċ kull litru. Dan meta l-prezz internazzjonali taż-żejt ra tnaqqis ‘l isfel f’dawn l-aħħar snin.
L-istqarrija kompliet tgħid li meta l-prezz raħas b’1ċ, il-Gvern kien b’tant pompa ħareġ jagħmel konferenza tal-aħbarijiet. Issa li l-prezz żdied b’10ċ kull litru fuq sentejn waqt li prezz internazzjonali taż-żejt huwa baxx, il-Gvern ma ħass l-ebda bżonn li jagħmel konferenza tal-aħbarijiet biex jispjega għaliex din l-anomalija, anzi mar barra min triqtu sabiex lanqas jiddiskuti dan mal-imsieħba soċjali.
Huwa l-Gvern stess li qiegħed jgħabbi lill-familji bil-piżijiet u qegħdin jispiċċaw iġorru l-piż tort tal-Gvern li tilef kull sens ta’ ġustizzja soċjali. L-għoli tal-fuel ikompli f’serje ta’ żidiet fil-prezzijiet ta’ prodotti essenzjali bħal ma huwa l-ħalib, u jkompli jitfa’ piż fuq il-familji li mhux ilaħħqu mal-ħajja, kif ukoll fuq in-neogzji żgħar u min iħaddem, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>