Żvolta ġdida dwar it-talba ghal inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hekk kif il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne illum saħansitra qal li l-Gvern ghadu qed jieħu l-pariri legali dwar dan.
Ġimgħat wara l-mossa tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, li donnha ħasdet lil Kastilja, fejn ħabbar li l-Gvern Malti kien se jsejjaħ inkjesta pubblika fi żmien tliet xhur, il-Ministri tal-Gvern u l-Prim Ministru kollha baqgħu iduru u jgħaqdu fix-xejn biex baqgħu fl-istess post fejn kienu qabel ma għamel id-dikjarazzjoni tiegħu Carmelo Abela.
Il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne, mistoqsi dwar xi progress sar f’din l-inkjestà, reġa ma weġibx u minflok irrefera għal dak li qal il-Prim Ministru. Iżda mbagħad qal li qed jittieħed parir legali dwar din l-inkjesta.
Intant Chris Fearne, bħall-Prim Ministru u għadd ta’ ministri oħra baqa’ ma tax data dwar meta se tibda’ din l-inkjesta.
Il-Ministru tal-Ġustizzja llum ukoll ġie mistoqsi minn Net News dwar din l-inkjesta, u hu ukoll naqas milli jwieġeb.
Jidher ċar li l-Gvern qed jagħmel minn kollox biex itawwal il-proċess biex tinbeda l-inkjesta li ordna l-Kunsill tal-Ewropa xhur ilu. Anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ilu xhur sħaħ jinsisti li ssir din l-inkjestà indipendenti.
//= $special ?>