Giuseppe Conte aċċetta l-mandat li tah dalgħodu l-President Sergio Mattarella biex jifforma Gvern ġdid – gvern li se jġib flimkien lill-Movimento 5 Stelle u lill-Partito Democratico.
Wara l-laqgħa mal-President tar-Repubblika, il-PM Conte qal li din hi fazi delikata għall-pajjiż, u hemm bżonn li l-Italja kemm jista jkun malajr toħroġ minn din il-kriżi.
Hu insista li qed jaccetta dan ir-rwol ta’ Prim Ministru b’riservi. Izda jemmen li kapaċi jdaħħal lill-pajjiż fi staġun politiku ġdid, mibni fuq ir-riformi.
Giuseppe Conte mal-ewwel mistenni jibda l-laqgħat mal-gruppi politiċi kollha fil-Parlament Taljan.
//= $special ?>