Il-preżentatur tal-media Laburista Karl Stagno Navarra mill-ġdid fiċ-ċentru ta’ kontroversja ġdida wara li din il-ġimgħa ippubblika messaġġ f’isem id-Dipartiment tat-Tindif.
Il-messaġġ kien relatat mal-festa ta’ San Girgor li qed tiġi ċċelebrata f’tas-Sliema. F’post li għamel fil-grupp Sliema Residents, Karl Stagno Navarra ħabba f’liema toroq se jsir it-tindif f’dawn il-jiem tal-festa. U dan mal-ewwel qajjem ħafna domandi.
Residenti Slimiżi li kkuntatjaw lil Net News staqsewna għaliex Stagno Navarra qed jitkellem f’isem id-Dipartiment tat-Tindif. Oħrajn kienu ċerti li l-Gvern tah job ieħor, jew li qed jipprova jagħmilha tal-bravu.
Fl-aħħar xhur, il-preżentatur tal-media Laburista ingħata job imħallas sew mal-AirMalta, filwaqt li xorta żamm il-programm ta’ propaganda li għandu fuq is-Super One.
Fost dawk li kkummentaw kien hemm il-Viċi Sindku ta’ Tas-Sliema Graziella Attard Previ illi fuq il-post ta’ Stagno Navarra qalet li jekk il-Gvern irid jagħmel xi ħaġa, din hemm bżonn li ssir bi strateġija. Pront wieġeb il-preżentatur laburista li qalilha “dażgur li niddiskuti”, filwaqt li fl-ebda mument ma’ ċaħad li kien qed jitkellem f’isem il-Cleansing.

Intant, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista li hu responsabbli minn dan id-Dipartiment, sostna ma’ Net News li ma kien jaf xejn dwar Karl Stagno Navarra.
//= $special ?>