Lokali

Jispiċċa stendut fl-art wara ġlieda f’Paceville

Diversi persuni li dalgħodu kienu għaddejin miz-zona ta’ Paceville sabu ma wiċċhom xena ta’ ġlieda bl-idejn li spiċċat iddur fuq il-media soċjali. Il-każ jidher li żviluppa għall-ħabta tad-9am, fi Triq San Ġorġ viċin Triq Gort.

Fil-filmat jidhru tliet żgħażagħ, b’wieħed minnhom jitħalla stendut mitluf minn sensih f’nofs ta’ triq.

Il-Pulizija mill-għassa ta’ San Ġiljan ġew infurmati u qed jinvestigaw il-każ.