SLIEMA WANDERERS……… 1
VALLETTA………………………… 3
Sliema: J. Galea, A. Stelitano, J. Cruz Gill, K. Shaw, M. Sansone, M. Scerri, C. Pani, R. Fenech (S. Sow 53’), J. Cleangelo Pereira (J. Mintoff 73’), J. Cisotti (S. Miloskovic 62’), J.P. Farrugia
Valletta: H. Bonello, E. Pena Beltre (J. Zerafa 39’), S. Borg, R. Camilleri, J. Borg, R. Muscat, D. Packer (S. Dimech 35’), N. Pulis, Y. Messias, M. Piciollo (K. Tulimieri 77’), M. Fontanella
Imwissija: S. Borg 61’, Y. Messias 93’ (V), M. Scerri 72’, A. Stelitano 89’ (S)
Skorjaw: E. Pena Beltre 21’, M. Piciollo 49’, Y. Messias 93’ (V), J. Cisotti 37’ (S)
Referee: Mario Apap
Assistenti Referees: Chris Francalanza, Paul Apap
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Yuri Messias (Valletta)
BOV Plejer tal-logħba: Yuri Messias (Valletta)
Attendenza: 1292
Valletta kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat u taw it-tieni telfa konsekuttiva lil Sliema Wanderers. Ir-rebħa tista’ titqies meritata għal Valletta anki f’ħinijiet fit-tieni taqsima sofrew u ssugraw li jsofru l-gowl tad-draw.
It-tnejn kienu b’sistema identika ta’ 4-3-3, bil-kowċ ta’ Valletta Darren Abdilla jagħmel tliet bidliet mill-ewwel logħba. Jean Borg, Nicholas Pulis u Matteo Piciollo jibdew flok Joseph Zerafa, Kevin Tulimieri u Kyrian Nwoko. Fuq in-naħa l-oħra, Alfonso Greco għamel bidla waħda mill-ewwel logħba b’Ryan Fenech jibda flok Stanimir Miloskovic.
Sliema marru qrib li jiftħu l-iskor wara biss erba’ minuti bi kross mil-lemin jgħaddi tul il-lasta lejn Jose Cleangelo Pereira iżda Steve Borg mattar f’korner fil-ħin, b’Valletta jwieġbu fit-tmien minuta b’xutt fil-baxx ta’ Yuri Messias li għadda ftit barra.
Valletta marru fil-vantaġġ fil-21 minuta meta kross fil-baxx mil-lemin ta’ Messias kien imbiegħed qasir minn Juan Cruz Gill, bil-ballun jispiċċa għand ENMY PENA BELTRE li kkontrolla u b’xutt minn barra l-kaxxa sammar il-ballun fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.
Sliema ġabu d-draw fis-37 minuta f’azzjoni pjuttost kontra x-xejra tal-logħba. Kien żball difensiv meta Ryan Camilleri qassam lejn Rowen Muscat li tilef il-ballun, Mark Scerri fetaħ fuq il-lemin lejn JURI CISOTTI li għeleb lil Bonello b’xutt fil-baxx.
Valletta kienu ħasbu li reġgħu marru minn fuq fl-40 minuta. Kien free-kick ta’ Yuri Messias mix-xellug, daħal tajjeb minn wara Shaun Dimech li żmarka ruħu u b’konklużjoni mill-ewwel għeleb lil Galea, iżda l-gowl kien imħassar għal offside li kien ineżistenti.
Il-Beltin fetħu t-tieni taqsima bl-aħjar mod meta reġgħu marru fil-vantaġġ fid-49 minuta f’azzjoni mill-isbaħ. Kien MATTEO PICIOLLO li qassam lejn Messias, b’tal-aħħar iqabbeż fuq id-difiża mill-ewwel lejn it-Taljan li għeleb lil Galea b’xutt mill-ewwel, f’dak li kien l-ewwel gowl tiegħu minn Frar. Reazzjoni Slimiża fit-63 minuta u kellu jkun Bonello li kien providenzjali meta salva mill-viċin fuq Michele Sansone.
Is-Slimiżi komplew jitfgħu l-pressjoni u fis-76 minuta kienu ħasbu li ġabu d-draw b’azzjoni fuq ix-xellug tas-sostitut Stanimir Miloskovic li għeleb lil Bonello b’xutt fil-baxx, iżda l-assistent referee Chris Francalanza għolla l-bandiera għal offside minħabba li Jean Paul Farrugia kien quddiem il-gowlkiper Belti.
Valletta kellhom ċans li jagħlqu l-logħba fid-79 minuta b’ħarba ta’ Dimech li avvanza madwar 40 metru u fetaħ fuq ix-xellug lejn Mario Fontanella li ta l-illużjoni tal-gowl iżda x-xutt għadda ftit barra.
It-tim ta’ Darren Abdilla għalaq il-logħba fit-93 minuta meta Fontanella għadda lejn Tulimieri li kompla lejn YURI MESSIAS li b’xutt minn pożizzjoni ċentrali għar-rokna għeleb lil Jake Galea.
//= $special ?>