L-Alleanza għas-Saħħa Mentali tal-Ġenituri u t-Tfal il-PIMHA hija NGO ġdida li qed taħdem biex toħloq għarfien dwar is-saħħa mentali l-aktar fost in-nisa tqal jew li għadhom kemm welldu, kif ukoll dik tat-tfal żgħar.
L-idea wara l-ħolqien ta’ din l-NGO oriġinat minn Vanessa Vella, li kienet għamlet użu mis-servizzi tas-saħħa mentali tul it-tqala tagħha. Hi fehmet il-bżonn li pazjenti li għal xi zmien kienu huma stess esperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali jgħinu li pazjenti li kienu għaddejjin min sfidi simili.
L-għan ta din l-alleanza huwa i jħeġġu għall-użu ta’ servizzi tas-saħħa eżisteti, li jinħoloq aktar għarfien dwar is-saħħa mentali tan-nisa tqal u t-tfal bl-għan ukoll li jinbidlu l-policies, kif ukoll għarfien fost il-pubbliku ġenerali u l-professjonisti fis-settur tas-saħħa dwar dan.
Dan sabiex jinbidlu l-atitudnijiet fejn tidħol is-saħħa mentali tul it-tqala.
Il-motto ta din l-alleanza huwa: “M’intix waħdek. M’għandekx tort. Bl-għajnuna se jgħaddilek”.
L-NGO tisħaq dwar il-bżonn li persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jattendu għal sessjonijiet ta’ informazzjoni qabel ma jkun hemm konċepiment, kif ukoll tipprommwovi r-riċerka f’dan il-qasam.
//= $special ?>