Id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson li jissospendi l-Parlament wasslet għal rabja fost il-membri parlamentari u l-opponenti ta’ Brexit mingħajr ftehim.
Din id-deċiżjoni qanqalet ukoll protesti madwar il-pajjiż, sfida legali u petizzjoni b’aktar minn miljun firma.
Min-naħa tiegħu l-gvern qal li s-sospensjoni ta’ ħames ġimgħat f’Settembru u Ottubru xorta se tħalli żmien biex tiddibatti dwar il-Brexit.
Wara din id-deċiżjoni kien hemm bosta riżenji fosthom il-whip tal-gvern u Ruth Davidson il-mexxejja tal-Konservattivi Skoċċiżi wara tmien snin fil-kariga.
Il-Ministru tal-Kabinett Michael Gove qal li s-sospensjoni, li ġiet approvata mir-Reġina nhar l-Erbgħa, kienet “ċertament mhux” mossa politika biex tfixkel l-oppożizzjoni biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE mingħajr ftehim.
Is-Sur Rees-Mogg qal li din is-sessjoni parlamentari kienet waħda mill-itwal fi kważi 400 sena, u għalhekk kellu raġun li tissospendiha u tibda sessjoni ġdida.
Il-Membri Parlamentari vvutaw b’498 vot favur u 114 biex jitilqu mill-UE fi Frar 2017.
Ir-Renju Unit, issa huwa ftit iktar minn xahrejn ‘il bogħod mill joħroġ mill-UE.
//= $special ?>