Futbol Sport

Avversarji diffiċli fl-Europa League għal Lazio, Arsenal u Roma

(Ritratt: EPA)

Ftit tal-ħin ilu fi Grimaldi Forum f’Monaco, telgħu l-poloz tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League. Fost il-gruppi l-aktar missielta jispikkaw dawk fejn hemm involuti t-timijiet Taljani, b’Lazio jinsabu fi Grupp E flimkien ma’ Celtic, Rennes u Cluj filwaqt li Roma għandhom magħhom fil-grupp lill-Ġermaniżi Borussia Monchengladbach u t-Torok Istanbul Basaksehir.

Mit-timijiet Ingliżi, l-aktar grupp diffiċli hu ta’ Arsenal li telgħu fi Grupp F flimkien mas-semifinalisti tal-istaġun li għadda Eintracht Frankfurt, Standard Liege tal-Belġju u Vitoria SC tal-Portugall. Il-ħames darbiet rebbieħa tal-kompetizzjoni Sevilla għandhom grupp li jistgħu javvanzaw minnu. Grupp G hu fost l-aktar missielta.

Il-poloz ittellgħu mill-eks difensuri Ashley Cole u Paulo Ferreira li rebħu l-kompetizzjoni fil-passat. Eden Hazard ntgħażel bħala l-Aqwa Plejer tal-Europa League fl-istaġun li għadda. Id-Direttur tal-Kompetizzjonijiet tal-UEFA Giorgio Marchetti ta wkoll il-kondoljanzi lill-kowċ Luis Enrique wara l-aħbar ta’ dieqa li ħarġet il-Ħamis filgħaxija tat-telfa ta’ bintu.

Il-gruppi kollha

Grupp A – Sevilla, APOEL, Qarabag, Dudelange

Grupp B – Dynamo Kyiv, Copenhagen, Malmo, Lugano

Grupp Ċ – Basel, Krasnodar, Getafe, Trabzonspor

Grupp D – Sporting Lisbon, PSV, Rosenborg, LASK

Grupp E – Lazio, Celtic, Rennes, Cluj

Grupp F – Arsenal, Eintracht Frankfurt, Standard Liege, Vitoria SC

Grupp G – Porto, Young Boys, Feyenoord, Rangers

Grupp H – CSKA Moscow, Ludogorets, Espanyol, Ferencvaros

Grupp I – Wolfsburg, Gent, Saint-Etienne, Olexandriya

Grupp J – Roma, Borussia Monchengladbach, Istanbul Basaksehir, Wolfsberger

Grupp K – Besiktas, Braga, Wolves, Slovan Bratislava

Grupp L – Manchester United, Astana, Partizan Belgrade, AZ Alkmaar