Numru ta’ attivisti prominenti favur id-demokrazija spiċċaw arrestati f’anqas minn 24 siegħa waqt azzjoni tal-pulizija f’Hong Kong.
Żewġ membri (raġel u mara) tal-partit politiku ‘Demosisto’ inżammu mill-pulizija ‘talli organizzaw protesta illegali’ u fejn, imbagħad, ingħataw il-libertà proviżorja. Dan wara li Andy Chan, attivist ewlieni għall-indipendenza ta’ Hong Kong miċ-Ċina, spiċċa arrestat fl-ajruport fejn kien qed jipprova jaqbad titjira lejn il-Ġappun.
L-attivisti huma fost 900 persuna li nżammu taħt arrest mindu bdew il-protesti f’Hong Kong, f’Ġunju.
Id-dimostrazzjonijiet kontra abbozz (fil-preżent miżmum) għall-estradizzjoni tar-residenti ta’ Hong Kong lejn iċ-Ċina nbidlu f’domandi aktar determinati biex ir-residenti tal-eks kolonja Britannika jingħataw livell akbar ta’ awtonomija.
Il-Pulizija f’Hong Kong, issa, appellat lill-pubbliku biex ‘jaqta’ l-irbit mad-dimostranti vjolenti’, waqt li wisset biex in-nies ma jieħdux sehem f’marċ ippjanat għallum u li ‘mgħandux l-approvazzjoni tal-awtoritajiet’.
//= $special ?>