Lokali

Isofri ġrieħi serji wara li waqa’ bil-mutur f’Aldo Moro

Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Fgura qiegħed isofri ġrieħi serji wara li waqa’ bil-mutur fi Triq Aldo Moro fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.20pm.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li għamlu l-pulizija rriżulta li ż-żgħażugħ kien qiegħed isuq il-mutur tat-tip Yamaha u għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.

Is-sewwieq ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.