SANTA LUCIA ……….……… 0 GŻIRA UNITED ……..…………. 0
Santa Lucia: R. Caruana, G. Bohrer Mentz, K. Pinheiro (D. Agius 53’), D. Mendoza, M. De Jesus Santana, K. Ante Rosero, J. Walker, O. Elouni (N. Borg 66’), J. Zerafa, C. Escobar, W. Gomes (L. Galea 80’).
Gzira U: J. Haber, F. Barbosa, G. Conti, N. Muscat (L. Brincat 87’), R. Soares, J. Corbolan, H. Kone (Z. Scerri 46’), S. Borg, A. Samb (A. Cohen 46’), M. Davis, J. De Assis
Imwissija: J. Zerafa 31’, J. Walker 62’, D. Agius 78’ (S), J. Haber 62’, R. Soares 67’, S. Borg 82’, M. Davis 90’, F. Barbosa 92’, Z. Scerri 94’ (G)
Tkeċċa: J. Walker 75’ (S)
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: Duncan Sultana, Theodore Zammit
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Kevin Ante Rosero (Santa Lucia)
BOV Plejer tal-logħba: Kevin Ante Rosero (Santa Lucia)
Għat-tieni darba konsekuttiva f’dan l-istaġun, Gżira United kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ mingħajr gowls, din id-darba kontra Santa Lucia, li wara r-rebħa sorpriża kontra Valletta fl-ewwel logħba kkonfermaw il-qawwa tagħhom, fejn kien biss fl-aħħar ħinijiet meta kienu bi plejer inqas li huma sofrew il-pressjoni tal-avversarji.
Santa Lucia kienu aħjar fl-ewwel taqsima iżda l-Maroons kienu ferm aħjar fit-tieni waħda fejn bid-dħul ta’ Cohen u Scerri huma lagħbu deċiżament aħjar. Fl-ewwel battuti kienu Gżira li kellhom iktar inizjattiva bit-tim ta’ Santa Lucia magħluq fiż-żona tiegħu iżda dejjem lest għall-ħarbiet veloċi li bdew joħolqu ftit ta’ uġigħ ta’ ras għad-difiża ta’ Gżira.
Iżda iktar ma beda għaddej il-ħinm iktar Santa Lucia bdew iżidu fil-logħob fejn avvanzaw b’diversi metri l-pożizzjoni tagħhom u kienu wkoll l-iktar perikolużi fejn kien biss grazzi għall-interventi ta’ Haber li l-iskor ma nfetaħx fl-ewwel taqsima.
Wara 22 minuta azzjoni ta’ Jefferson li minn tarf il-kaxxa impenja lil Caruana b’xutt ċentrali. Ħames minuti wara free-kick ta’ Elouni kien salvat minn Haber u man-nofs siegħa logħob, azzjoni tajba bejn Mendoza u Maycon Santana li impenja lil Haber minn pożizzjoni angolata.
Tliet minuti wara, nuqqas ta’ ftehim bejn Barbosa u l-gowlkiper Haber li taħt il-pressjoni ta’ Santana rnexxielu jbiegħed il-periklu. Fil-41 minuta l-isbaħ ċans tal-ewwel taqsima għal Santa Lucia b’azzjoni ta’ kontrattakk ta’ Maycon Santana li żmarka lil Ante Rosero li waħdu quddiem Haber kien imċaħħad mill-gowlkiper ta’ Gżira. Eżatt qabel intemmet it-taqsima d-daqqa ta’ ras ta’ Gomes għaddiet ftit barra.
It-tieni taqsima fetħet b’ġrija impressjonanti ta’ Davis u xutt ftit barra u fis-56 minuta azzjoni ta’ Ante Rosero fuq il-lemin u Maycon Santana xxuttja fjakk minn qagħda ideali. Fil-61 minuta Cohen sab ix-xibka direttament minn free-kick iżda l-gowl kien imħassar wara senjalazzjoni tal-assistent referee. Minuta wara, risposta ta’ Santa Lucia b’xutt ta’ Gomes jgħaddi ftit għoli u azzjoni ta’ Ante Rosero li minn qagħda ferm angolata ra x-xutt tiegħu jaħbat ma’ sieq il-lasta.
Kwarta mit-tmiem Jacob dabbar it-tieni karta safra u Santa Lucia b’hekk komplew b’għaxar plejers. Gżira issa żiedu sew l-isforzi tagħhom b’Andrew Cohen u Martin Davis ifallu ċansijiet tad-deheb minn qagħda tajba. Fl-aħħar ħinijiet Bohrer imblokka kważi minn il-linja xutt ta’ Jefferson u l-istess Bohrer impenja lil Haber direttament minn free-kick.
//= $special ?>