“Qatt ma kien hemm żmien meta l-istorja tal-Istati Uniti kellha midja daqshekk foloz u korrotta”.
Dan qalu l-President tal-Istati Uniti permezz ta’ Tweet fejn kompla li meta ‘l quddiem, il-persuni se jħarsu lejn l-“Age of Trump“, u jittama li parti kbira mill-wirt tiegħu huwa li ġiet espożta d-diżonestà massiva tal-aħbarjiet foloz.
Wara din it-tweet kien hemm ħafna utenti tal-midja soċjali li sejħu l-“Age of Trump” b’ismijiet alternattivi, fosthom kien hemm ħafna li rredikolaw din il-frażi.
Għalkemm din il-kritika, kien hemm oħra li bdew jagħmlu tweet bl-“Age of Trump”, u sostnew li Trump se jagħmel erba’ snin oħra.
//= $special ?>