Lokali Qorti

Kawża ta’ libell minn attriċi kontra ‘It-Torċa’ fuq Nażżiżmu

L-attriċi Maltija Pia Zammit ippreżentat kawża ta’ libell għad-danni kontra l-editur tal-ġurnal tal-General Workers’ Union ‘It-Torċa, fuq rapport pubblikat nhar il-Ħadd li għadda.

Il-ġurnal ġab ritratt ta’ Zammit fuq il-palk tas-sena 2009 u dan kien waqt kummiedja li hija ħadet sehem fiha dik ta’ ‘Allo ‘Allo u li dan skont hi ta x’jifhem li hija għandha xi simpatija lejn in-Nażżiżmu.

Il-kumment minn edukatur anonimu li ġew pubblikati qal u ta x’jifhem li hija tagħat importanza lill-iswastika tan-Nażi, u li għaldaqstant kienet offensiva għall-vittmi tan-Nażżiżmu.

L-attriċi li hija attivistà tal-moviment Occupy Justice qalet li il-mod kif kitbu fuqha jagħti x’jifhem xi ħaġa li mhijiex minnha, għax mhux minnu li għandha xi simpatija lejn in-Nażżiżmu.

Zammit mistennija wkoll tagħmel libell lil ċertu Sergio Galea Vincenti wara li dan għajjarha‘Nażżista’ fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu.