Internazzjonali

L-urugan Dorian mistenni jolqot Florida

L-urugan Dorian bħalissa huwa meqjus bħala urugan tal-ewwel kategorija, iżda dan jista’ jibidel għal katergorija erbgħa sakemm jilħaq il-kontinent.

Il-maltempata mistennija li tolqot inħawi bejn Florida u l-Ġeorġja, possibilment tard nhar il-Ħadd. Kawża ta’ dan il-maltemp il-President Donald Trump ħassar il-vjaġġ tiegħu lejn il-Polonja.

Il-Gvernatur ta’ Florida Ron DeSantis iddikjara stat ta’ emerġenza għall-komunità kollha. Huwa qal li huwa importanti li r-residenti jżommu għajnejhom miftuġa dwar l-aħħar żviluppi u jissorveljaw din maltempata mill-qrib.