Id-dinja tal-futbol għadha xxukjata bil-mewt tat-tifla tal-kowċ Luis Enrique; tifla ta’ 9 snin li mietet kaġun tal-marda tal-kanċer.
Xana kienet ilha ħames xhur marida.
F’Ġunju, Enrique kien warrab mit-tmexxija tat-tim nazzjonali Spanjol sabiex ikun ma bintu. Ftit jiem qabel Luis Enrique kien f’Malta mat-tim nazzjonali Spanjol, u fil-fatt kellu jħalli pajjiżna eżatt meta ħa l-aħbar dwar iċ-ċkejkna Xana.
Fost dawk li esprimew il-kondoljanzi tagħhom kien hemm il-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola u l-plejer ta’ Barcelona Lionel Messi.
Anke l-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez wassal messaġġ ta’ solidarjeta’ lill-familja ta’ Luis Enrique.
//= $special ?>