Qraba tad-DJ Ingliż, Paul Cartwright, qed titlob għall-għajnuna fil-fondi biex tieħu lil Paul lura f’pajjiżu minħabba li għandu bżonn ajruplan għal tal-apposta biex iġorr persuna li tinsab f’koma.
Paul Cartwright għandu 45 sena u spiċċa fil-periklu tal-mewt u f’koma wara li fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, għal xi raġuni jew oħra waqa’ erba’ sulari mill-gallarija tal-lukanda li kien jinsab fiha, limiti tal-Marfa fil-Mellieħa. Hu jidher li kiser diversi partijiet minn ġismu, fosthom siequ, il-kustilji, u dahru.
Bħalissa Paul jinsab ġewwa l-Isptar Mater Dei taħt osservazzjoni.

Is-sieħba tiegħu, Danielle Hickey tkelmet mal-gazzetta Ingliża ‘Evening Standard’ fejn iddiskriviet kif il-lejl tal-14 ta’ Awwissu spiċċa f’wieħed ta’ terrur.
Danielle qalet li huma kienu qattgħu ġurnata mill-isbaħ ħdejn il-baħar. Meta rritornaw, għall-ħabta tan-12.30am, hi saħqet li Paul mar fil-gallerija biex ipejjep sigaret qabel jidħol jorqod. Danielle saħqet li ma tistax tifhem x’ġara.

L-ispejjeż tal-isptar għandhom jiġu mħalsa permezz tal-European Health Insurance Card, iżda biex tintuża ambulanza tal-ajru privata hemm bżonn madwar €20,000.
Il-qraba tiegħu fetħu paġna biex jiġbru l-flus biex fl-aħħar mill-aħħar Paul jingħaqad lura ma’ familtu, hekk kif lura f’pajjiżu għandu tewmien bniet jistennewh.
//= $special ?>