Lokali

Tegħleb is-siġra ta’ devozzjoni

Siġra ta’ devozzjoni għal ħafna waqgħet fuq ġenbha. Dan iz-zokk, li għandu forma ta’ kurċifiss jinsab fit-triq ewlenija li tgħati għar-Rabat.

Fil-passat, is-siġra kienet tinsab man-naħa l-oħra tat-triq fejn ħafna devoti kienu jpoġġu xemgħat u fjuri quddiemha. Xi snin ilu, din l-istess siġra kienet mietet u diversi persuni talbu biex ma tintremix iżda tinżamm f’post fejn il-pubbliku jkun jista’ jibqa’ jaraha.

Deċiżjoni li kienet ittieħdet wasslet biex is-siġra sarulha xi xogħlijiet fuqha u tpoġġiet man-naħa l-oħra tat-triq. Iz-zokk baqa’ jkollu quddiemu diversi xemgħat u fjuri.

Ritratti: Matthew Tabone