Charles Leclerc kien kważi perfett fil-provi għall-Grand Prix tal-Belġju tal-lum għall-Ferrari b’vantaġġ kbir ta’ 0.748 sekondi fuq sieħbu Sebsatian Vettel, li kellu jaħdem ħafna biex jibda quddiem u dan wara li għamel it-tielet l-aħjar ħin fl-ewwel ġirja wara ċ-Champion tad-Dinja u l-lider tal-kampjonat Lewis Hamilton.
Il-Ferrari kkonfermaw it-titjieb tagħhom u li jidhru li jinsabu fit-triq it-tajba biex jekk mhux dan l-istaġun, sa kampjonat ieħor ikunu aktar sfidanti denji għall-Mercedes li issa ilhom jiddominaw ix-xena.
Is-sewwieq tal-Mercedes tejjeb il-ħin tiegħu fit-tieni prova, iżda fl-aħħar waħda Vettel kien veloċi biżżejjed biex qabżu b’vantaġġ ta’ 0.015-il sekonda. Valtteri Bottas poġġa lil Mercedes ir-raba quddiem is-sewwieq tar- Red Bull Max Verstappen.
Fis-sitt post spiċċa Daniel Ricciardo quddiem Nico Hulkenberg filwaqt li s-sewwieq tal-Alfa Romeo, Kimi Raikkonen spiċċa fit-tmien post 0.015 sekonda anqas veloċi minn Hulkenberg, li spiċċa quddiem il-karozza tar-Racing Point misjuqa minn Sergio Perez, u Kevin Magnussen spiċċa mal-aqwa 10.
//= $special ?>