Internazzjonali

Stabbilita d-data tal-ġuri għall-moħħ wara l-attakki ta’ 9/11

Ħarġet id-data tal-ġuri għal Khalid Sheikh Mohammad… l-allegat moħħ wara l-attakki terroristiċi ta’ 9/11 fl-Istati Uniti.

Hu se jibda jidher quddiem il-qorti, flimkien ma’ erba’ persuni oħra; Walid bin Attash, Ramzi bin al-Shibh, Ammar al-Baluch u Mustafa al Hawsawi… fil-11 ta’ Jannar tal-2021.

L-Irġiel huma akkużati bit-terroriżmu u l-qtil ta’ kważi 3,000 persuna.

Jekk jinstabu ħatja, huma jingħataw il-piena tal-mewt.

Khalid Sheikh Mohammad kien arrestat fil-Pakistan lura fl-2003.

Imma t-tentattivi biex jitressaq il-qorti kienu kumplikati anke jekk hu kien qal li ser jammetti l-htijja… madanakallu hemm min qed jargumenta li l-konfessjoni ma tistax tintuża fil-qorti minħabba interrogazzjonijiet ħorox.

Il-ħames Irġiel eventwalment ġew mixlija f’Ġunju tal-2011 b’dawk b’offiżi.. Huma ġew akkużati mill-amministrazzjoni ta’ George W Bush.

Khalid Sheikh Mohammed qal li kien responsabbli “Minn A sa Z” għall-attakki ta’ 9/11… dan filwaqt li prosekuturi Amerikani qed jallegaw li kien involut ma’ għadd ta’ attivitajiet terroristiċi… fosthom bomba f’post tad-divertiment fl-Indonesia lura fl-2002 u attentat biex tisplodi ajruplan bl-użu ta’ żarbun bomba sena qabel.

Is-smigħ li jagħżel il-ġuri hu ppjanat għax-xahar id-dieħel.