Internazzjonali

Ikompli jiddomina l-ġlied f’Hong Kong

Ikompli jiddomina l-ġlied f’Hong Kong hekk kif il-pulizija użaw gass tad-dmugħ, balal tal-gomma u b’kanun tal-ilma biex tferrex folol ta’ eluf ta’ nies li qed jieħdu sehem f’dimostrazzjonijiet biex jisfidaw il-projbizzjoni.

Id-dimostranti tefgħu bombi tal-petrol lill-pulizija u attakkaw il-bini tal-Parlament.  Huma qed jieħdu sehem f’dawn id-dimostrazzjonijet biex ifakkru ħames snin minn meta Beijing eskluda kompetament l-elezzjonijiet demokratiċi li kienu pprojbiti fir-reġjun amministrattiv speċjali taċ-Ċina. 

Nhar il-Ġimgħa li għadda kienu arrestati diversi attivisti ewlenin favur id-demokrazija u l-leġislaturi. Il-moviment ta’ protesta qed isir bħala manifestazzjonijiet kontra l-estradizzjoni kontroversjali, li issa ġie – li kien jippermetti suspettati kriminali li jintbagħtu lejn iċ-Ċina għall-prova.