Għall-ħabta tas-9.30 seħħ inċident li fih kienet involuta xarabank fi Triq il-Kosta. Jidher li għal xi raġuni, ix-xufier tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ tiela’ fuq l-ilqugħ fi Triq il-Kosta, direzzjoni lejn San Ġiljan.
Il-Pulizija kkonfermat li ntbagħtet mill-inqas ambulanza fuq il-post li jindika li hemm xi persuni feruti.
Intat fi stqarrija il-Malta Public Transport sostniet li hekk kif saret taf bl-iniċident mal-ewwel bagħtet xi persuni biex joffru l-assistenza kollha possibbli lil dawk involuti.
Fl-istqarrija intqal ukoll li filwaqt li l-kumpanija qed tinvestiga l-kawża tal-inċident, il-prijorità tagħha fil-mument hija li tiġi żgurata s-sigurtà tal-impjegati tagħha u l-passiġġieri.