Aħbar tajba għal dawk li jħobbu x-xitwa. Dan hekk kif jidher li din is-sena s-sajf se jispiċċa kmieni.
Skont is-sit maltaweather.com, il-ġimgħa d-dieħla hu mistenni li jkollna ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad f’xi ħinijiet isegwiti minn riħ moderat għal qawwi mill-Majjistral il-ġimgħa ta’ wara.
Filfatt jidher li minn għada se jkollna ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad flimkien ma’ riħ qawwi/
Iżda, għalkemm se tonqos ftit, xorta jidher li se tibqa’ tiddomina s-sħana li kellna matul dan is-sajf, hekk kif it-temperatura matul il-jum se tkun dik ta’ madwar 29 grad celcius.
//= $special ?>

