Iż-żejjed kollu żejjed, kulħadd għall-Belt … Dan hu l-islogan li ngħata lil protesta li ser issir nhar is-7 ta’ Settembru fl-10 ta’ Filgħodu u li tibda minn quddiem il-Parlament, il-Belt Valletta…
Is-Sibt filgħodu, waqt konferenza stampa, membri mill-grupp graffiti spjegaw l-għan ta’ din il-protesta u wkoll is-sitt talbiet li qed jagħmlu…
Il-moviment Graffiti jixtieq li ssir bidla radikali fil-policies tal-ippjanar sabiex jibdew iħarsu l-interessi tal-ħafna, inkluż tal-ġenerazzjonijiet futuri, minflok il-qligħ tal-ftit.
Jixtiequ wkoll bidliet fl-awtoritajiet responsabbli mill-ambjent u l-ippanar minħabba deċizjonijiet li qed jiġu meħuda minn wara l-kwinti u mingħajr konsultazzjonijiet.
Dan il-Moviment jixtieq ukoll li proġetti kbar għandhom jieqfu sakemm ikun daħal f’pajjiżna pjan serju li jiżgura li dawn il-proġettti jirrispettaw lill-komunitajiet..
Waqt din il-protesta, se tissemma wkoll il-problema tat-traffiku, li għalkemm pajjiżna qed jinħakem minn ferneżija ta’ qtugħ ta’ siġar u qerda ta’ art agrikola sabiex isir it-twessigħ ta’ toroq, dan kollu mhux se jkun qed jindirizza l-problema tat-traffiku.
NET NEWS tkellem ma’ membru tal-moviment graffiti fejn staqsjnih dar l-islogan magħżul għal din il-protesta
Din il-protesta ser tkun imtella mill-moviment graffiti u diversi NGOs u fiha ser jieħdu sehem diversi nies u gruppi fosthom 60 sittin grupp Malti, li diġa rreġistra il-parteċipazzjoni tiegħu.
//= $special ?>