Qorti

Jinżamm taħt arrest wara li wettaq diversi serqiet

Raġel ta’ 36 sena qed jinżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat b’aktar minn għaxar serqiet f’Awwissu, li darab persuna waqt serqa u kif ukoll li kien riċediv.

Bjorn Borg ġie akkużat li bejn is-7 ta’ Awwissu u l-25 ta’ Awwissu hu wettaq madwar 17-il serqa f’diversi lokalitajiet fosthom il-Gżira, Ta’ Xbiex, Pembroke, il-Marsa, il-Ħamrun, il-Pietà, Manoel Island, San Ġiljan u l-Furjana.

Hu ġie akkużat ukoll li darab persuni, fosthom mara.. iżda huwa ċaħad dawn l-akkużi

Borg , ammetta għal 29 akkuża minn 34 li ġew miġjuba kontrih li jinkludu serq minn ATM’s u diversi serq minn karozzi differenti

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Dr. Charmaine Galea semgħet kif kien akkużat ukoll li kien riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet li kellu meta ngħata l-istess kundizzjonijiet b’rabta ma’ każ preċedenti relatat ukoll fuq serq.

L-akkużat ma talabtx ħelsien mill-arrest u nżamm arrestat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri u Lydon Zammit, bl-akkużat ngħata l-għajnuna legali mill-Avukat Dr. Martha Mifsud.