Lokali

L-Air Malta fiż-żona l-ħamra iżda Konrad Mizzi jibqa’ jiċħad

Il-Ministru Konrad Mizzi jiċħad li l-Air Malta tinsab fiż-żona l-ħamra.

Dan minkejja li ċ-ċentru tal-avjazzjoni CAPA ħareġ b’rapport li jgħid li l-Linja Nazzjonali tal-Ajru ta’ Malta reġgħet tinsab fiż-żona l-ħamra fis-sena finanzjarja 2019.

Iffaċjat mill-mistoqsijiet ta’ NetNews, Konrad Mizzi baqa’ jiċħad dan ir-rapport

Għall-kuntrarju ta’ dak li qalilna L-Ministru meta tkellimna miegħu, fejn saħaq li Gvern Laburista dejjem qed żied il-ħaddiema fil-Kumpanija Air Malta, lura f-2017, kien l-istess Konrad Mizzi li hedded li jagħlaq l-Air Malta u jerġa’ jiftaħha b’nies differenti

Għalkemm jidher biċ-ċar li sena biss wara li kien mħabbar is-suppost profitt tal-kumpanija, li tant ftahar bih il-Gvern u l-Ministru Konrad Mizzi, il-kumpanija reġgħet tinsab bid-dejn, il-Ministru baqa’ jsostni li mhux veru

Iċ-ċentru tal-avjazzjoni huwa deskritta bħala wieħed mill-iktar sorsi ta’ fiduċja fl-industrija tal-avjazzjoni u l-ivvjaġġar. Iċ-ċentru għandu reputazzjoni mingħajr paragun għall-indipendenza u l-integrità tiegħu.

L-istess ċentru stqarr ukoll li sabiex il-kundizzjoni finanzjarja tal-CAPA titjieb, l-Air Malta trid twaqqaf l-espansjoni u żżid il-frekwenzi minflok tinvesti f’aktar destinazzjonijiet ġodda.