Internazzjonali

L-Indja ddikjarat 1.9M barrani llegali

L-Indja ppubblikat il-verżjoni finali ta’ lista li effettivament tneħħi ċ-ċitadinanza lil madwar 1.9 miljun persuna fl-istat tal-Grigal ta’ Assam.

Ir-Reġistru Nazzjonali taċ-Ċittadini (NRC) hija lista ta’ nies li jistgħu juru li daħlu fl-istat sal-24 ta’ Marzu 1971, ġurnata qabel ma l-ġirien tal-Bangladexx iddikjaraw l-indipendenza mill-Pakistan.

Nies li tħallew barra mill-lista se jkollhom 120 jum biex jappellaw kontra l-esklużjoni tagħhom għalkemm għadu mhux ċar x’ser jiġri wara.

L-Indja tgħid li l-proċess huwa meħtieġ biex jiġu identifikati l-migranti illegali tal-Bangladexx.

L-istat diġa żamm eluf ta’ persuni suspettati li huma barranin f’kampijiet temporanji li jinsabu fil-ħabsijiet tal-istat, iżda d-deportazzjoni bħalissa mhix għażla għall-pajjiż.