Dan hu ġnien il-Kottonera, spazju miftuħ ta’ madwar 50 tomna li kien inawgurat fl-2007, iżda li f’dawn l-aħħar snin, tħalla kompletament għal riħu.
Dan il-ġnien filwaqt li għadu miftuħ, f’dawn l-aħħar snin tħalla fi stat ta’ abbandun u telqa.
Fil-filmat meħud minn residenti ta’ Bormla, jidher ċar kif dan is-suppost ġnien spiċċa kollu ħaxix ħażin u mimli kull xorta ta’ skart .
Anki l-latrina pubblika spiċċat vandalizzata. Kollox imkisser.
Ironikament, mhux talli qed ikompli jieħu l-ftit spazji li fadal biex jaġevola lill-Ġordaniżi ta’ Sadeen, talli l-Gvern qed iċaħħad lill-Bormliżi minn pulmun ewlieni fiż-żona li minflok qed jitgawda mit-tfal u l-familji, spiċċa fil-mira tal-vandali.
//= $special ?>